EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0575

Kawża T-575/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Robin Wood et. vs Il-Kummissjoni

ĠU C 482, 19.12.2022, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/21


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 – Robin Wood et. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-575/22)

(2022/C 482/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Robin Wood – Gewaltfreie Aktionsgemeinschaft für Natur und Umwelt eV (Hamburg, il-Ġermanja) u 6 rikorrenti oħra (rappreżentant: C. Baldon, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt ir-riferiment Ares(2022)4939323 iddatata 6 ta’ Lulju 2022 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal eżami mill-ġdid intern iddatata 3 ta’ Frar 2022 imressqa mir-rikorrenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

1.

Fir-rigward ta’ “attivitajiet forestali” r-rikorrenti jinvokaw sitt motivi, fejn jallegaw li d-deċiżjoni kontenzjuża hija vvizzjata minn:

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività tagħti kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżenzjoni mill-analiżi tal-benefiċċji tal-klima għal holdings tal-foresta taħt 13 ha fil-kriterji tal-kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għall-adattament ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkulari;

żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat meta attività ma tikkawżax ħsara sinjifikattiva għall-protezzjoni u l-istabbiliment mill-ġdid ta’ bijodiversità u ekosistemi.

2.

Fir-rigward tal-“attivitajiet tal-bijoenerġija tal-foresti”, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi, fejn jallegaw li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn:

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-kriterji għall-“kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima” huma adegwati għad-determinazzjoni li attività tagħti kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-istandards għall-istabbiliment tal-kriterji tekniċi ta’ screening;

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta jitqies li l-kriterji għall-“kontribuzzjoni sostanzjali għat-tnaqqis ta’ tibdil fil-klima” għall-attivitajiet tal-bijoenerġija tal-foresti huma bbażati fuq provi xjentifiċi konklużivi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni;

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni li l-kriterja ta’ “tikkawżax ħsara sinjifikattiva” għall-attivitajiet tal-bijoenerġija tal-foresti jiżguraw li dawn l-attivitajiet ma jikkawżawx ħsara sinjifkattiva lill-għanijiet ambjentali l-oħrajn tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (1);

żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni sostanzjali għall-adattament ta’ tibdil fil-klima;

żbalji ta’ liġi u evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.


(1)  ĠU 2020, L 198, p. 13


Top