This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0505
Case T-505/22: Action brought on 18 August 2022 — Levantur v EUIPO — Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)
Kawża T-505/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)
Kawża T-505/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)
ĠU C 380, 3.10.2022, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/25 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)
(Kawża T-505/22)
(2022/C 380/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Levantur, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, E. Armero Lavie u C. Caballero Pastor, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fantasia Hotels & Resorts, SL (Zaragoza, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 020 547
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Mejju 2022 fil-Każ R 1973/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti (FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL), għall-ispejjeż relatati mar-rikors preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
— |
tikkundanna lill-parti li talbet il-kanċellazzjoni, FANTASÍA HOTELS & RESORTS, SL, għall-ispejjeż relatati mal-proċedimenti ta’ appell R 1973/2020-1 u ta’ kanċellazzjoni Nru 36444 C. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 16(1)(b), tal-Artikolu 7(2)(d), tal-Artikolu 8(5), u tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-prinċipji ta’ motivazzjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba; |
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(c), tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 95(1), u tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 7(2)(d), u tal-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, kif ukoll tal-ġurisprudenza stabbilita; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1), tal-Artikolu 60(1)(c) u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |