Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0496

    Kawża T-496/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – BASF (OMEGOR VITALITY)

    ĠU C 380, 3.10.2022, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/23


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – BASF (OMEGOR VITALITY)

    (Kawża T-496/22)

    (2022/C 380/28)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: UGA Nutraceuticals Srl (Gubbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Riva, J. Graffer u A. Ottolini, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BASF AS (Oslo, in-Norveġja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea OMEGOR VITALITY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 082 021

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1200/2021-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top