Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0252

    Kawża T-252/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 – Timchenko vs Il-Kunsill

    ĠU C 244, 27.6.2022, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 244, 27.6.2022, p. 44–45 (GA)

    27.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 244/45


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2022 – Timchenko vs Il-Kunsill

    (Kawża T-252/22)

    (2022/C 244/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Gennady Nikolayevich Timchenko (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, L. Burguin, S. Bonifassi u E. Fedorova, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337/PESK (1) tat-28 ta’ Frar 2022 sa fejn din issemmi lir-rikorrent fin-Nru 694 fl-anness ta’ din id-deċiżjoni;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/336 (2) tat-28 ta’ Frar 2022 sa fejn dan isemmi lir-rikorrenti fin-Nru 694 fl-anness ta’ dan ir-regolament;

    tikkundanna lill-Kunsill iħallas EUR 1 000 000, b’mod provviżorju, għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-raġuni bbażata fuq ir-relazzjoni bejn ir-rikorrent u l-President Putin, l-istatus ta’ azzjonist tar-rikorrent ta’ Volga Group u l-istatus tiegħu ta’ azzjonist ta’ Bank Rossiya.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati, b’mod partikolari tal-prinċipju tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tar-regoli dwar il-bażi legali applikabbli.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/337 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 59, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 67, p. 112).

    (2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 58, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 67, p. 113).


    Top