Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0154

    Kawża T-154/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2022 – Volkswagen vs EUIPO – XTG (XTG)

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 45–45 (GA)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/61


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2022 – Volkswagen vs EUIPO – XTG (XTG)

    (Kawża T-154/22)

    (2022/C 198/87)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Machei u G. Orsoni, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: XTG S.A. (Wrocław, il-Polonja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “XTG” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 120 217

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 1385/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u, skont il-każ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top