EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0046

Kawża T-46/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2022 – Esedra vs Il-Parlament

ĠU C 109, 7.3.2022, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 109, 7.3.2022, p. 19–20 (GA)

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/34


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2022 – Esedra vs Il-Parlament

(Kawża T-46/22)

(2022/C 109/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Esedra (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Vastmans, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli u fondat;

konsegwentement;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tagħti l-kuntratt inkwistjoni lil SAS PEOPLE & BABY u tiċħad l-offerta ta’ SRL ESEDRA;

tikkumpensa lil SRL ESEDRA għad-dannu sostnut minħabba din id-deċiżjoni illegali;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2021 li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti Nru PE PERS 2021 027 dwar il-ġestjoni sħiħa taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar tal-Parlament Ewropew fi Brussell, li jinsab f’rue Wayenberg, u li tagħti l-kuntratt lil SAS People & Baby, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, ksur tal-Artikolu 170 TFUE, ksur tal-Artikolu 16.1. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tas-sejħa għal offerti, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, senjatament, il-prinċipji ta’ reqqa, ta’ motivazzjoni formali u patere legem ipse fecisti u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3.13. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, ksur tad-digriet tal-21 ta’ Frar 2019 għat-tisħiħ tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà taċ-ċentru ta’ akkoljenza tat-tfal żgħar fil-komunità Franċiża u tad-digriet tat-2 ta’ Mejju 2019 tal-Gvern tal-Komunità Franċiża li jistabbilixxi s-sistema ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sussidju għal crèches, servizzi ta’ akkoljenza tat-tfal u (co)childminders indipendenti u/jew tad-digriet tat- 22 ta’ Novembru 2013 tal-Gvern Fjamming li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni u l-politika tal-kwalità għall-akkoljenza tal-familja u tal-grupp ta’ trabi u tfal żgħar, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, senjatament, il-prinċipji ta’ reqqa u patere legem ipse fecisti u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


Top