Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0433

    Kawża T-433/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2023 – Spreewood Distillers vs EUIPO – Radgonske gorice (STORK) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STORK – Trade mark verbali preċedenti GOLDEN STORK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 271, 31.7.2023, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/30


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2023 – Spreewood Distillers vs EUIPO – Radgonske gorice (STORK)

    (Kawża T-433/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STORK - Trade mark verbali preċedenti GOLDEN STORK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    (2023/C 271/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Spreewood Distillers GmbH (Schlepzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker u D. Mienert, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Frydendahl, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Radgonske gorice d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1782/2021-5).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 326, 29.8.2022.


    Top