This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0790
Case C-790/22, Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 28 December 2022 — R GmbH v Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck
Kawża C-790/22, Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2022 – R GmbH vs Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck
Kawża C-790/22, Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2022 – R GmbH vs Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck
ĠU C 94, 13.3.2023, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2022 – R GmbH vs Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck
(Kawża C-790/22, Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck)
(2023/C 94/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: R GmbH.
Konvenut: Bürgermeister der Landeshauptstadt Innsbruck
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 14(2)(b) flimkien mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola jew interpretazzjoni minn Stat Membru li tgħid liema prodotti tal-ikel għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk l-użu maħsub tagħhom ma huwiex iggarantit, mingħajr ma huma meħtieġa r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 14(5) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq dwar għalfejn il-prodotti tal-ikel saru inaċċettabbli għall-konsum mill-bniedem (kontaminazzjoni b’materjal estraneju jew mod ieħor, putrifikazzjoni, deterjorament jew tħassir)? Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: |
2) |
L-Artikolu 14(2)(b) flimkien mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti tal-ikel għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk il-prodotti tal-ikel, meta kkonsmati kif intiż, iwasslu għal qbiż kbir (ħames darbiet għal adult medju li jiżen 70 kg) ta’ valur meqjus mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni ta’ addittiv tal-ikel (li jinsab fil-prodotti tal-ikel), bħala l-valur tad-doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2014, L 327, p. 9, u fil-ĠU 2016, L 227, p. 5.