This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0775
Case C-775/22, Banco Santander: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 20 December 2022 — M.S.G. and Others v Banco Santander, S.A.
Kawża C-775/22, Banco Santander: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Diċembru 2022 – M.S.G. et vs Banco Santander, SA
Kawża C-775/22, Banco Santander: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Diċembru 2022 – M.S.G. et vs Banco Santander, SA
ĠU C 173, 15.5.2023, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Diċembru 2022 – M.S.G. et vs Banco Santander, SA
(Kawża C-775/22, Banco Santander)
(2023/C 173/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M.S.G. et
Konvenut: Banco Santander, SA
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1)(a) u (b), flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 53(1) u (3), tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) u tal-Artikolu 64(4)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, wara l-konverżjoni f’ishma u t-trasferiment sussegwenti tagħhom, mingħajr korrispettiv effettiv, tad-dejn subordinat (strumenti kapitali tal-kategorija 2) maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni u mhux dovut meta ġiet adottata l-proċedura ta’ riżoluzzjoni, il-persuni li akkwistaw dan id-dejn subordinat qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw, fil-konfront ta’ dik l-istituzzjoni jew tal-entità suċċessur tagħha, azzjoni intiża għan-nullità tal-kuntratt ta’ sottoskrizzjoni għal dan id-dejn subordinat, billi jitolbu l-ħlas lura tal-prezz imħallas għas-sottoskrizzjoni għad-dejn subordinat, miżjud bl-interessi akkumulati mid-data tal-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt?