Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0734

    Kawża C-734/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs GM

    ĠU C 94, 13.3.2023, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs GM

    (Kawża C-734/22)

    (2023/C 94/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija

    Konvenut: GM

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1) huwa direttament applikabbli għall-pretensjonijiet tar-Repubblika tal-Awstrija li permezz tagħhom hija titlob, tramite d-dritt privat, ir-rimbors tal-għajnuna li hija allokat kuntrattwalment lil applikanti fil-kuntest ta’ programm li jikkostitwixxi miżura agroambjentali fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (2), minħabba li l-benefiċjarju tal-għajnuna naqas milli jwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi fl-ewwel domanda, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm investigazzjoni jew proċeduri legali li jinterrompu l-perijodu ta’ preskrizzjoni anki meta, wara li tkun għamlet l-ewwel talba ekstraġudizzjarja għal rimbors, il-parti li tkun allokat l-għajnuna titlob mill-ġdid lill-benefiċjarju tal-għajnuna, skont il-każ anki diversi drabi, iwettaq ir-rimbors, u tintimah ekstraġudizzjarjament minflok ma tinvoka l-pretensjoni tagħha ġudizzjarjament?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena previst fid-dritt ċivili nazzjonali fir-rigward ta’ pretensjonijiet ta’ rimbors li hemm riferiment għalihom fl-ewwel domanda hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340

    (2)  ĠU 2010 L 286M, p. 26, rettifika fil-ĠU 2012, L 206, p. 23


    Top