Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0731

    Kawża C-731/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-25 ta’ Novembru 2022 – IJ und PO GesbR, IJ vs Agrarmarkt Austria

    ĠU C 94, 13.3.2023, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-25 ta’ Novembru 2022 – IJ und PO GesbR, IJ vs Agrarmarkt Austria

    (Kawża C-731/22)

    (2023/C 94/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: IJ und PO GesbR, IJ

    Konvenut: Agrarmarkt Austria

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 4(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li żona għandha titqies bħala amministrata mill-bidwi u għad-dispożizzjoni tiegħu jekk, għalkemm din iż-żona tkun tappartjeni lill-bidwi u huwa jwettaq ukoll ix-xogħol inizjali fil-ħamrija, it-tħawwil u t-tisqija kontinwa tal-uċuħ tar-raba’, iż-żona, maqsuma f’biċċiet ta’ art ta’ daqsijiet differenti, tiġi mgħoddija lil diversi utenti għall-manutenzjoni u għall-ħsad mill-bidu tal-istaġun f’April/bidu ta’ Mejju sal-aħħar tal-istaġun f’Ottubru, inkambju għal ħlas fiss, mingħajr mal-bidwi jkun involut direttament fis-suċċess tal-ħsad?


    (1)  ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.


    Top