EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0360

Kawża C-360/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/30


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-360/22)

(2022/C 318/42)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: W. Roels, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

tiddikjara li, billi approva u żamm fis-seħħ l-Artikoli 85(1)(b), u 87(2)(f) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet, moqrija flimkien mal-Artikolu 19b(2) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq is-Salarji, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikoli 45, 56 u 63 TFUE u l-Artikoli 28, 36 u 40 ŻEE;

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar it-trasferiment tal-kapital tal-irtirar akkumulat f’dak li jissejjaħ it-“tieni pilastru”, jiġifieri l-pensjoni komplementari akkumulata permezz tal-persuna li timpjega, hija inkompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema, tas-servizzi u tal-kapital, għaliex f’sitwazzjoni transkonfinali, trasferiment ta’ kapital tal-irtirar mingħajr tassazzjoni huwa possibbli biss jekk il-possibbiltajiet ta’ fidi tal-pensjoni inkwantu kapital ikunu l-istess, jew iktar limitati, milli fil-Pajjiżi l-Baxxi. F’numru ta’ Stati Membri, il-pensjonijiet jistgħu jinfdew totalment jew parzjalment fil-forma ta’ pagament ta’ somma f’daqqa u l-ħaddiema mobbli li jittrasferixxu l-kapital tal-irtirar tagħhom lejn wieħed minn dawn l-Istati Membri jiġu ntaxxati konsegwentement. It-trasferimenti simili ta’ kapital tal-irtirar fil-Pajjiżi l-Baxxi ma jiġux intaxxati.


Top