Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0294

    Kawża C-294/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Mejju 2022 – Office français de protection des réfugiés et apatrides (OFPRA) vs SW

    ĠU C 276, 18.7.2022, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 276/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Mejju 2022 – Office français de protection des réfugiés et apatrides (OFPRA) vs SW

    (Kawża C-294/22)

    (2022/C 276/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Office français de protection des réfugiés et apatrides (OFPRA)

    Konvenut: SW

    Domandi preliminari

    1)

    Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, taħt ċerti kundizzjonijiet, jawtorizzaw ir-residenza ta’ barrani minħabba l-istat tas-saħħa tiegħu u, fejn meħtieġ, jipproteġuh minn miżura ta’ tneħħija, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li refuġjat Palestinjan marid li, wara li effettivament irrikorra għall-protezzjoni jew l-assistenza tal-UNRWA, jitlaq mill-Istat jew mit-territorju li jinsab fiż-żona ta’ intervent ta’ dan il-korp li fih huwa kellu r-residenza abitwali tiegħu għar-raġuni li hemmhekk huwa ma jistax ikollu aċċess suffiċjenti għall-kura u t-trattamenti li l-istat tas-saħħa tiegħu jeħtieġ u għar-raġuni li dan in-nuqqas ta’ teħid ta responsabbiltà jwassal għal riskju reali għal ħajtu jew għall-integrità fiżika tiegħu, jista’ jitqies bħala li s-sigurtà personali tiegħu kienet f’riskju serju u li jinsab f’sitwazzjoni fejn huwa impossibbli għall-UNRWA li tiżguralu kundizzjonijiet tal-ħajja konformi mal-missjoni tagħha?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema kriterji, bħal pereżempju l-gravità tal-marda jew in-natura tal-kura neċessarja, jippermettu li tali sitwazzjoni tiġi identifikata?


    (1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU 2011, L 337, p. 9)


    Top