EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0222

Kawża C-222/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Marzu 2022 – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

ĠU C 244, 27.6.2022, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 244, 27.6.2022, p. 18–18 (GA)

27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Marzu 2022 – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

(Kawża C-222/22)

(2022/C 244/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Konvenut: JF

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skontha barrani li jagħmel talba sussegwenti, bħala regola ġenerali, ma jingħatax l-istatus ta’ benefiċjarju tad-dritt ta’ ażil meta r-riskju ta’ persekuzzjoni jkun ibbażat fuq ċirkustanzi li l-barrani nnifsu ħoloq wara li telaq mill-Istat ta’ oriġini tiegħu, sakemm l-attivitajiet inkwistjoni ma jkunux awtorizzati fl-Awstrija u jkun stabbilit li dawn l-attivitajiet huma l-espressjoni u t-tkomplija ta’ twemmin diġà eżistenti fil-pajjiż ta’ oriġini?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


Top