Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0219

    Kawża C-219/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra QS

    ĠU C 266, 11.7.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 266/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra QS

    (Kawża C-219/22)

    (2022/C 266/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad – Nesebar

    Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

    QS

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħalma huma l-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 8(1) tan-Nakazatelen Kodeks (il-Kodiċi Kriminali), ikkunsidrati flimkien, li tipprovdi li l-qorti nazzjonali adita b’talba għall-eżekuzzjoni ta’ piena imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor tista’ temenda, għal dan il-għan, il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ din il-piena tal-aħħar billi tordna l-eżekuzzjoni effettiva tagħha?


    (1)  ĠU 2008, L 220, p. 32.


    Top