This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0173
Case C-173/22 P: Appeal brought on 3 March 2022 by MG against the judgment of the General Court (First Chamber) delivered on 21 December 2021 in Case T-573/20, MG v European Investment Bank
Kawża C-173/22 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2022 minn MG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-573/20, MG vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Kawża C-173/22 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2022 minn MG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-573/20, MG vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment
ĠU C 244, 27.6.2022, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 244, 27.6.2022, p. 15–15
(GA)
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 244/15 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2022 minn MG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-573/20, MG vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment
(Kawża C-173/22 P)
(2022/C 244/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: MG (rappreżentant: L. Levi, avocate)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
— |
Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat; |
— |
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-573-20; |
— |
Konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u, għaldaqstant:
|
— |
Tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-appell tiegħu, l-appellant ressaq l-aggravji sussegwenti:
— |
Is-sentenza kkontestata kienet kisret il-kunċett tad-dritt għal smigħ; |
— |
Is-sentenza kkontestata kienet kisret il-kuntest leġiżlattiv applikabbli għall-obbligu ta’ motivazzjoni; |
— |
Is-sentenza kkontestata kienet żnaturat il-proċess u kisret il-kunċett ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni. Kienet ukoll kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità billi ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ illegalità intiża għad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-allowances tal-familja; |
— |
Is-sentenza kkontestata kienet kisret il-kuntest leġiżlattiv applikabbli (Artikolu 3.4 tar-Regolament Nru 260/68 (1)); |
— |
Is-sentenza kkontestata kienet żnaturat il-proċess billi ċaħdet il-ħames aggravju, kienet kisret l-Artikolu 85 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u pproċediet għal klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti. Il-Qorti Ġenerali ma rrispondietx għall-ilmenti kollha mqajma u kienet kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. |
(1) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 33).