EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0141

Kawża C-141/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fit-28 ta’ Frar 2022 – TLL The Longevity Labs GmbH vs Optimize Health Solutionsmi GmbH u BM

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 198, 16.5.2022, p. 21–22 (GA)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fit-28 ta’ Frar 2022 – TLL The Longevity Labs GmbH vs Optimize Health Solutionsmi GmbH u BM

(Kawża C-141/22)

(2022/C 198/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TLL The Longevity Labs GmbH

Konvenuti: Optimize Health Solutionsmi GmbH, BM

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2)(a)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/20010 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li “dqiq tas-saraċin imnibbet b’kontenut għoli ta’ spermidina” huwa ikel ġdid, sa fejn qabel il-15 ta’ Mejju 1997 kien biss dqiq tas-saraċin imnibbet mingħajr kontenut għoli ta’ spermidina li ntuża għall-konsum mill-bniedem sa grad sostanzjali fl-Unjoni Ewropea jew sa fejn kien ikel sigur wara din id-data, indipendentement minn kif l-ispermidina ġiet inkluża fid-dqiq tas-saraċin imnibbet?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 3(2)(a)(vii) tar-Regolament 2015/2283 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ proċess ta’ produzzjoni tal-ikel jinkludi wkoll il-proċess ta’ produzzjoni primarju?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: in-natura ġdida ta’ proċess ta’ produzzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a)(vii) tar-Regolament 2015/2283 tiddependi fuq jekk il-proċess ta’ produzzjoni fih innifsu qatt ma ntuża qabel għal kwalunkwe ikel jew fuq jekk ma ntużax fir-rigward tal-ikel inkwistjoni?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: il-ġerminazzjoni ta’ żerriegħa tad-dqiq tas-saraċin f’soluzzjoni nutrittiva li fiha l-ispermidina tista’ titqies bħala proċess ta’ produzzjoni primarju li fir-rigward tiegħu ma tapplikax il-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, b’mod partikolari r-Regolament 2015/2283, peress li l-pjanta ma hijiex ikel qabel il-ħsad (Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (2))?

5)

Tagħmel differenza jekk is-soluzzjoni nuttrittiva tinkludix spermidina naturali jew sintetika?


(1)  ĠU 2015 L 327, p. 1

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifika fil-ĠU 2014 L 327, p. 9 u fil-ĠU 2016, L 227, p. 5


Top