Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0022

    Kawża C-22/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Jannar 2022 – T. S.A. vs Przewodniczący Krajowej Rady Radiofonii i Telewizji

    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 198, 16.5.2022, p. 17–17 (GA)

    16.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Jannar 2022 – T. S.A. vs Przewodniczący Krajowej Rady Radiofonii i Telewizji

    (Kawża C-22/22)

    (2022/C 198/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: T. S.A.

    Konvenut: Przewodniczący Krajowej Rady Radiofonii i Telewizji

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 20(2) flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1) kif ukoll l-Artikolu 11 u l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi biss lix-xandara bit-televiżjoni milli jdaħħlu reklamar fil-programmi tagħhom għat-tfal, filwaqt li ma tinkludix tali projbizzjoni għax-xandara ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand?


    (1)  ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15.


    Top