This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CC0573
Opinion of Advocate General Szpunar delivered on 12 September 2024.#A and Others v Skatteministeriet.#Request for a preliminary ruling from the Østre Landsret.#Reference for a preliminary ruling – Common system of value added tax – Directive 2006/112/EC – Article 370 – Point 2 of Part A of Annex X – Derogation – Scope – Activities of a public radio and television body financed by a compulsory fee paid by the owners of devices capable of receiving radio and television broadcasts.#Case C-573/22.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Szpunar, ippreżentati fit-12 ta’ Settembru 2024.
A et vs Skatteministeriet.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret - Nordhavn.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 370 – Il-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X – Deroga – Kamp ta’ applikazzjoni – Attivitajiet ta’ organu pubbliku tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati minn tariffa obbligatorja mħallsa mid-detenturi ta’ apparati li jistgħu jirċievu emissjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni.
Kawża C-573/22.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Szpunar, ippreżentati fit-12 ta’ Settembru 2024.
A et vs Skatteministeriet.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret - Nordhavn.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 370 – Il-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X – Deroga – Kamp ta’ applikazzjoni – Attivitajiet ta’ organu pubbliku tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati minn tariffa obbligatorja mħallsa mid-detenturi ta’ apparati li jistgħu jirċievu emissjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni.
Kawża C-573/22.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2024:750
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
SZPUNAR
ippreżentati fit‑12 ta’ Settembru 2024 ( 1 )
Kawża C‑573/22
A,
B,
Foreningen C
vs
Skatteministeriet
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 370(1) u l-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X – Deroga – Kamp ta’ applikazzjoni – Attivitajiet ta’ organu pubbliku tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati minn tariffa obbligatorja imposta fuq id-detenturi ta’ apparati ta’ riċezzjoni ta’ emissjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni”
Introduzzjoni
|
1. |
Il-liċenzja tar-radju u tat-televiżjoni Daniża ma qabżitx il-mitt sena. Introdotta fl‑1926 bħala liċenzja tar-radju, wara numru ta’ emendi, tħassret fl‑2022 bħala liċenzja tal-mezzi tax-xandir (medielicens). |
|
2. |
Madankollu din għadha tqajjem kontroversja mill-inqas minn perspettiva waħda, jiġifieri l-legalità tat-tassazzjoni tagħha permezz tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”). Sa mill-introduzzjoni ta’ din it-taxxa fid-Danimarka fl‑1967, hija ġiet applikata fuq l-ammonti mħallsa għal-liċenzja tar-radju u tat-televiżjoni. |
|
3. |
Mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni din kienet iġġustifikata bis-saħħa ta’ deroga mill-prinċipji ġenerali ta’ tassazzjoni tal-VAT simili għad-deroga kkunsidrata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li tat lok għas-sentenza GIS ( 2 ). F’din il-kawża tqum madankollu l-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-emendi li għalihom kienet suġġetta l-liċenzja tar-radju u tat-televiżjoni Daniża tul il-validità tagħha, il-konklużjonijiet minn din is-sentenza jibqgħux għalkollox applikabbli għaliha. Dawn l-emendi jfissru għalhekk li ma hijiex possibbli traspożizzjoni diretta tal-imsemmija sentenza, iżda ser ikunu neċessarji ċerti kjarifiki dwar l-effetti tagħhom fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
4. |
L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 3 ) jiddikjara: “It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT: […]
|
|
5. |
Skont l-Artikolu 132(1)(q) ta’ din id-direttiva: “L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin: […]
|
|
6. |
L-Artikolu 370 tal-imsemmija direttiva jipprevedi: “L-Istati Membri li, fl‑1 ta’ Jannar 1978, kienu jintaxxaw it-transazzjonjiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jkomplu jintaxxaw dawk it-transazzjonijiet.” |
|
7. |
Fl-aħħar nett, l-Anness X tad-Direttiva 2006/112 taħt il-Parti A tiegħu, intitolata “Transazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jintaxxaw”, jinkludi, fil-punt 2, “l-attivitajiet ta’ korpi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni minbarra dawk ta’ natura kummerċjali”. |
Id‑dritt Daniż
|
8. |
Il-liċenzja tar-radju ġiet introdotta fid-dritt Daniż fl‑1926 u fl‑1951 saret il-liċenzja tar-radju u tat-televiżjoni. Fuq il-bażi tal-lov nr. 421 om radio- og fjernsynsivrkomshed (il-Liġi Nru 421 dwar l-Attivitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni) tal‑15 ta’ Ġunju 1973, din ġiet iddefinita bħala “tariffa għall-użu ta’ riċevituri tar-radju u tat-televiżjoni”. |
|
9. |
Fuq il-bażi tal-Liġi li Temenda l-Liġi dwar l-Attivitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni tas‑27 ta’ Diċembru 1996, id-dħul minn din it-tariffa seta’ mhux biss jiffinanzja l-attivitajiet tax-xandara tar-radju u tat-televiżjoni pubbliċi, iżda wkoll “għanijiet oħra possibbli relatati mal-attivitajiet tal-mezzi tax-xandir”. |
|
10. |
Permezz tal-emenda sussegwenti tal-Liġi dwar l-Attivitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni tal‑20 ta’ Diċembru 2006, il-liċenzja għall-parti awdjoviżiva ngħatat l-isem ġdid ta’ “liċenzja għall-mezzi tax-xandir”, li kienet titħallas għal kwalunkwe apparat “li jista’ jirċievi u jirriproduċi programmi u servizzi awdjoviżivi mxandra pubblikament”. |
|
11. |
Din il-liċenzja tneħħiet gradwalment mill‑2013 sakemm finalment ġiet abolita fl‑1 ta’ Jannar 2022 bis-saħħa tal-Liġi li Temenda l-Liġi dwar l-Attivitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni tat‑18 ta’ Diċembru 2018. |
Il‑fatti, il‑proċedura u d‑domandi preliminari
|
12. |
A, B (persuni fiżiċi) kif ukoll Foreningen C (grupp ta’ persuni fiżiċi li jiffurmaw azzjoni kollettiva) ippreżentaw rikorsi quddiem il-qorti tar-rinviju kontra l-iSkatteministeriet (il-Ministeru għall-Finanzi id-Danimarka) għar-rimbors tal-ammonti mħallsa minnhom bħala VAT fuq il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir għas-snin 2007‑2017. Dawn ir-rikorsi huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-pretensjoni li peress li l-liċenzja tal-mezzi tax-xandir ma tikkostitwixxix remunerazzjoni għall-provvista ta’ servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112, il-VAT fuq din il-liċenzja qiegħda tinġabar b’mod mhux konformi mal-imsemmija direttiva u għandha tiġi rrimborsata. Sussidjarjament, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu li anki li kieku l-ġbir tal-VAT fuq il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir kellu jitqies li huwa legali, bħala prinċipju fuq il-bażi tal-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112 b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva, l-emendi fil-leġiżlazzjoni dwar din il-liċenzja li seħħew wara l‑1 ta’ Jannar 1978, jimmodifikaw b’mod sostanzjali n-natura tagħha b’tali mod li l-klawżola ta’ standstill li tinsab f’din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata. |
|
13. |
Il-qorti tar-rinviju tqis li huwa paċifiku li l-liċenzja tal-mezzi tax-xandir ma tikkostitwixxix remunerazzjoni għall-provvista ta’ servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112, konformement mal-konklużjonijiet li jinsiltu mis-sentenza Český rozhlas ( 4 ). Madankollu din il-qorti għandha dubji dwar il-possibbiltà ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 370 ta’ din id-direttiva. |
|
14. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka) issospendiet il-proċedura quddiemha u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
|
15. |
It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Awwissu 2022. Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Daniż u Franċiż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. L-istess partijiet kienu rrappreżentati fis-seduta tal‑14 ta’ Marzu 2024. |
|
16. |
Fis‑26 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza GIS. |
Analiżi
|
17. |
F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju għamlet tliet domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
18. |
Permezz tal-ewwel waħda minn dawn id-domandi, l-imsemmija qorti tixtieq, essenzjalment, li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-ġbir tal-VAT fuq tariffa li għandha bħala għan il-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni, bħal-liċenzja tal-mezzi tax-xandir Daniża, anki jekk din it-tariffa ma tikkostitwixxix remunerazzjoni għal provvista ta’ servizz bi ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva. |
|
19. |
Fil-fehma tiegħi r-risposta għal din id-domanda tinsilet direttament mis-sentenza GIS. Dik is-sentenza fil-verità tirrigwarda l-Artikolu 387(1) tad-Direttiva 2006/112. Madankollu din id-dispożizzjoni tintroduċi, b’riferiment għall-Awstrija, deroga essenzjalment identika għad-deroga li tinsab fl-Artikolu 370 ta’ din id-direttiva u li tirrigwarda Stati li kienu Membri tal-Komunità Ewropea qabel l‑1 ta’ Jannar 1978. L-Artikolu 378 tal-imsemmija direttiva tirrigwarda hawnhekk l-attivitajiet iddeterminati fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ tali direttiva, jiġifieri l-istess tip ta’ attivitajiet bħall-attività inkwistjoni f’din il-kawża. Barra minn hekk, il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir Daniża hija tariffa tal-istess tip bħat-tariffa msemmija fid-dispożittiv tas-sentenza GIS. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 378 tad-Direttiva 2006/112 b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva mogħtija f’dik is-sentenza tista’ għalhekk tiġi applikata direttament fil-kuntest tal-ewwel domanda preliminari f’din il-kawża. |
|
20. |
Fid-dawl tal-punti preċedenti u konformement max-xewqat tal-Qorti tal-Ġustizzja ser nillimita l-kunsiderazzjonijiet f’dawn il-konklużjonijiet kif ukoll il-proposti għal risposti għaż-żewġ domandi preliminari li fadal. |
Fuq it‑tieni domanda preliminari
|
21. |
Permezz tat-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tixtieq, essenzjalment, li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tassazzjoni ta’ attivitajiet ta’ organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati b’tariffa stabbilita mil-liġi imposta fuq id-detenturi ta’ riċevituri ta’ programmi mxandra minn tali organi f’sitwazzjoni fejn, wara l‑1 ta’ Jannar 1978, il-leġiżlazzjoni dwar din it-tariffa ġiet emendata b’tali mod li din ma tinġabarx biss fir-rigward tal-pussess ta’ riċevitur tar-radju jew tat-televiżjoni, bħalma kien il-każ inizjalment, iżda wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe apparat ieħor li jista’ jservi għar-riċezzjoni ta’ tali programmi, bħal smartphones, kompjuters eċċ, li potenzjalment iwessa’ ċ-ċirku ta’ persuni li jkunu obbligati jħallsuha. |
|
22. |
Fil-fehma tiegħi, għandha tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda. |
|
23. |
Kif jirriżulta b’analoġija mis-sentenza GIS, l-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/112 tawtorizza lill-Istati Membri msemmija fiha, fosthom lid-Danimarka ( 6 ), iżommu fis-seħħ is-sistema ta’ tassazzjoni tal-attivitajiet tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni li kienet fis-seħħ fl‑1 ta’ Jannar 1978, sakemm il-kundizzjonijiet għal tali tassazzjoni jinżammu, bħala prinċipju, l-istess ( 7 ). Madankollu dan ma jipprekludix l-introduzzjoni ta’ emendi f’din is-sistema ta’ tassazzjoni li sempliċement jieħdu inkunsiderazzjoni l-innovazzjoni teknoloġika li tkun seħħet fil-frattemp, mingħajr ma jinbidel l-avveniment li jagħti lok għall-ħolqien ta’ obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa li sservi għall-finanzjament ta’ tali attivitajiet ( 8 ). |
|
24. |
Dawn il-prinċipji jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid, essenzjalment, li meta japplikaw il-klawżola ta’ standstill imsemmija fid-Direttiva 2006/112 ( 9 ) l-Istati Membri ma għandhomx dritt iwessgħu l-portata tad-derogi mill-prinċipji ġenerali tas-sistema komuni tal-VAT, iżda jistgħu jadattaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom għal ċirkustanzi ġodda ( 10 ). |
|
25. |
L-emenda fid-dispożizzjonijiet Daniżi dwar il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir imsemmija f’din l-analiżi tat-tieni domanda preliminari kienet tikkonsisti fl-estensjoni tal-obbligu ta’ ħlas ta’ din il-liċenzja, li inizjalment kienet tirrigwarda biss lid-detenturi ta’ riċevituri tar-radju u tat-televiżjoni u lid-detenturi ta’ apparati oħra li jistgħu jservu għar-riċezzjoni ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni, bħal kompjuters, smartphones eċċ. Din l-emenda kienet relatata mal-iżvilupp teknoloġiku li kien jippermetti r-riċezzjoni ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni bl-għajnuna ta’ apparati oħra minbarra dawk adattati speċjalment għal tali riċezzjoni. |
|
26. |
Madankollu, din l-emenda ma estendietx il-portata tal-applikazzjoni tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112 b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva. Din id-dispożizzjoni tippermetti li tinżamm fis-seħħ it-tassazzjoni tal-attivitajiet tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. F’sistema bħal dik Daniża din it-tassazzjoni sseħħ permezz tal-ġbir tal-VAT fuq tariffa stabbilita bil-liġi li sservi għall-finanzjament tal-attivitajiet ta’ dawn l-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. It-tariffa li hija s-suġġett ta’ dan il-kawża hija liċenzja tal-mezzi tax-xandir li sservi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni irrispettivament miċ-ċirku ta’ persuni obbligati li jħallsuha. Mill-perspettiva tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112, is-sitwazzjoni, għaldaqstant, baqgħet l-istess. Minn din il-perspettiva, hija essenzjali l-finalità tad-dħul minn din it-tariffa u mhux is-sors tagħha. |
|
27. |
Dan il-fatt ma jbiddilx il-konklużjoni, li għaliha l-qorti tar-rinviju tiġbed l-attenzjoni, li t-twessiegħ tal-kategorija ta’ apparati li jagħtu lok għall-obbligu ta’ ħlas tal-liċenzja tal-mezzi tax-xandir fl-istess waqt ta lok għal tkabbir taċ-ċirku ta’ persuni obbligati li jħallsuha. L-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112 ma jinkludi ebda rekwiżit li jgħid li l-ammont effettiv tal-bażi ta’ taxxa permess bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni għandu fil-fatt jibqa’ l-istess. |
|
28. |
Huwa wkoll irrilevanti l-argument, imressaq mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kif ukoll mill-Kummissjoni, li b’differenza mir-riċevituri tar-radju u tat-televiżjoni, ir-riċezzjoni ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni ma huwiex il-funzjoni prinċipali ta’ apparati bħall-kompjuters jew smartphones. |
|
29. |
Fis-sentenza Český rozhlas il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tariffa bħal-liċenzja tal-mezzi tax-xandir tat-tip bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża ma tikkostitwixxix remunerazzjoni għal provvista ta’ servizz minn xandara pubbliċi, fost oħrajn, minn din il-perspettiva, li l-obbligu ta’ ħlas ikun marbut mal-pussess ta’ apparat speċifiku irrispettivament minn kif effettivament jintuża dan l-apparat ( 11 ). Konsegwentement tassazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112 b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva ma hijiex tassazzjoni armonizzata li tikkostitwixxi parti integrali tas-sistema komuni tal-VAT, iżda tikkostitwixxi deroga mill-portata tal-applikazzjoni ta’ din is-sistema ( 12 ). Għall-finijiet tal-legalità tat-tassazzjoni mfassla fuq din il-bażi, ma huwiex għalhekk neċessarju li jkun hemm xi tip ta’ konnessjoni bejn kif jintuża l-apparat li l-pussess tiegħu jagħti lok għall-obbligu ta’ ħlas tal-ammonti li fuqhom hija bbażata din it-tassazzjoni u l-attività intaxxata, jiġifieri l-attivitajiet tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. |
|
30. |
Fid-dawl tal-punti preċedenti, nipproponi li r-risposta għat-tieni domanda preliminari tkun li l-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tassazzjoni ta’ attivitajiet ta’ organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati b’tariffa stabbilita bil-liġi imposta fuq id-detenturi ta’ riċevituri ta’ programmi mxandra minn tali organi f’sitwazzjoni fejn, wara l‑1 ta’ Jannar 1978, il-leġiżlazzjoni dwar din it-tariffa tkun ġiet emendata b’tali mod li din ma tinġabarx biss fir-rigward tal-pussess ta’ riċevitur tar-radju jew tat-televiżjoni, bħalma kien il-każ inizjalment, iżda wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe apparat ieħor li jista’ jservi għar-riċezzjoni ta’ tali programmi, bħal smartphones, kompjuters eċċ, anki jekk potenzjalment iwessa’ ċ-ċirku ta’ persuni li jkunu obbligati jħallsuha. |
Fuq it‑tielet domanda preliminari
|
31. |
Permezz tat-tielet domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tixtieq, essenzjalment, li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għal tassazzjoni ta’ attivitajiet ta’ organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati b’tariffa stabbilita bil-liġi imposta fuq id-detenturi ta’ riċevituri ta’ programmi mxandra minn tali organi f’sitwazzjoni fejn, wara l‑1 ta’ Jannar 1978, il-leġiżlazzjoni dwar din it-tariffa tkun ġiet emendata b’tali mod li parti żgħira mid-dħul minn din it-tariffa tkun tista’ tiġi allokata għall-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ entitajiet oħra minbarra x-xandara ta’ programmi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. |
|
32. |
Skont l-informazzjoni mogħtija fit-talba għal deċiżjoni preliminari, parti żgħira (li ma taqbiżx il-5 %) mid-dħul mil-liċenzja tal-mezzi tax-xandir kienet intużat fis-snin 2007‑2017 għall-finanzjament ta’ entitajiet oħra minbarra x-xandara ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni. Dan kien jirrigwarda b’mod partikolari: xandar tar-radju, li, minkejja li huwa entità privata, iwettaq funzjonijiet ta’ mezz ta’ xandir pubbliku, huwa suġġett għal restrizzjonijiet legali simili għal dawk tax-xandara pubbliċi u huwa ffinanzjat fil-parti l-kbira minn dħul mil-liċenzja tal-mezzi tax-xandir, l-Istitut Daniż tal-Films, li r-rwol tiegħu huwa li jagħti sostenn finanzjarju b’kollaborazzjoni ma’ xandara pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni, għall-produzzjoni ta’ films, kif ukoll skola ta’ films għat-tfal u għaż-żgħażagħ immexxija minn fondazzjoni li l-fundaturi tagħha huma, fost oħrajn, xandara pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. |
|
33. |
Huwa f’dan il-kuntest fattwali li għandha tiġi analizzata t-tielet domanda preliminari inkwantu l-liċenzja tal-mezzi tax-xandir ġiet emendata l-aħħar fl‑1 ta’ Jannar 2022 u għaldaqstant ma jkunx possibbli li d-dħul minn din il-liċenzja jiġi allokat għal għanijiet li ma jkunux dawk indikati iktar ’il fuq. Għaldaqstant din ma hijiex evalwazzjoni astratta tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Daniż dwar il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir iżda hija evalwazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fid-dawl tal-applikazzjoni effettiva tagħhom matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
34. |
L-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva jippermetti lill-Istati Membri indikati fih jibqgħu jintaxxaw l-attivitajiet mhux kummerċjali tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. Kif jirriżulta mill-ġenesi ta’ din id-dispożizzjoni, eżaminata fid-dettall mill-qorti tar-rinviju fit-talba għal deċiżjoni preliminari, l-għan tagħha huwa li tiġi permessa t-tassazzjoni tal-attivitajiet tal-organi tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati, permezz tat-tariffi stabbiliti mil-liġi bħalma hija l-liċenzja tal-mezzi tax-xandir, mill-Istati Membri, li qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 77/388, kienu jqisu li tali attività kienet taxxabbli anki jekk ma kinitx tingħata b’korrispettiv ta’ ħlas. |
|
35. |
Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl ta’ dan il-għan u b’tali mod li jippermetti l-effettività tagħha (effet utile) ( 13 ). Interpretazzjoni bħal din tirrikjedi, fil-fehma tiegħi, li l-kunċett ta’ “attivitajiet pubbliċi tal-organi tar-radju u tat-televiżjoni minbarra dawk kummerċjali” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/112 jitqies li huwa identiku għall-attivitajiet iffinanzjati b’tariffa stabbilita bil-liġi bħalma hija l-liċenzja tal-mezzi tax-xandir li hija s-suġġett ta’ din il-kawża. In-natura essenzjali tad-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni hija fil-fatt il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiġbru l-VAT fuq tali tariffa ( 14 ). |
|
36. |
Minn din il-perspettiva, il-fatt li parti żgħira mid-dħul mil-liċenzja tal-mezzi tax-xandir kienet allokata għall-finanzjament, l-ewwel nett, ta’ xandar, li, minkejja li f’forma ta’ entità privata, wettaq funzjonijiet simili għall-funzjonijiet ta’ xandara pubbliċi u ġie ffinanzjat prinċipalment minn dan id-dħul, it-tieni nett, ta’ entitajiet li effettivament ma jwettqux attivitajiet ta’ xandir iżda li jipparteċipaw mod ieħor fit-twettiq ta’ funzjonijiet pubbliċi ta’ organi tar-radju u tat-televiżjoni u huma organizzattivament u funzjonalment relatati magħhom, ma jbiddilx il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija b’mod li jmur kontra l-għan tal-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112 b’rabta mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva. |
|
37. |
Barra minn hekk din l-interpretazzjoni ma tmurx kontra l-formulazzjoni letterali tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112. Din id-dispożizzjoni tippermetti t-tassazzjoni tal-attivitajiet tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni iżda ma tispeċifikax ta’ liema tip għandhom ikunu dawn l-attivitajiet. B’mod partikolari, hija ma tiddikjarax li tirrigwarda esklużivament l-attivitajiet ta’ xandir u ma tużax il-kunċett ta’ “xandara” jew ta’ “organi”. Konsegwentement, fil-fehma tiegħi, xejn ma jipprekludi l-fatt li fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jiġu inklużi tipi oħra ta’ attivitajiet bħall-attivitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ edukazzjoni, sakemm dawn ikunu jaqgħu taħt il-funzjonijiet fdati lil organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni u jkunu ffinanzjati minn tariffa stabbilita bil-liġi bħalma hija l-liċenzja tal-mezzi tax-xandir inkwistjoni f’din il-kawża. |
|
38. |
Id-dispożizzjoni inkwistjoni tad-Direttiva 2006/112 lanqas ma tiddetermina l-forma ġuridika jew il-kompożizzjoni proprjetarja ta’ dawn l-organi. Kif josserva ġustament il-Gvern Daniż, f’każ analogu ta’ eżenzjoni rregolat mill-Artikolu 132(1)(a) ta’ din id-direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja ppermettiet interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “entitajiet postali pubbliċi” li tibbaża ruħha fuq in-natura pubblika tas-servizzi pprovduti minn tali entitajiet postali, u mhux fuq il-klassifikazzjoni formali tagħhom bħala entitajiet irregolati mid-dritt pubbliku jew ta’ proprjetà pubblika ( 15 ). Fil-fehma tiegħi, approċċ simili jista’ jiġi adottat għall-każ inkwistjoni, li fih, kif tiddikjara l-qorti tar-rinviju, parti mill-kompiti tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni ġew fdati lil xandar privat tar-radju ffinanzjati madankollu mid-dħul mil-liċenzja tal-mezzi tax-xandir. |
|
39. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, nipproponi li r-risposta għat-tielet domanda preliminari tkun li l-Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għat-tassazzjoni tal-attivitajiet ta’ organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni ffinanzjati b’tariffa stabbilita bil-liġi imposta fuq id-detenturi ta’ riċevituri ta’ programmi mxandra minn dawn l-organi, fejn, wara l‑1 ta’ Jannar 1978, il-leġiżlazzjoni dwar din it-tariffa tkun ġiet emendata b’tali mod li parti żgħira mid-dħul minn din it-tariffa tkun tista’ tiġi allokata għall-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ entitajiet oħra minbarra x-xandara ta’ programmi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni. |
|
40. |
Madankollu, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mar-risposta proposta minni għat-tielet domanda preliminari, li, għandi ngħid, hija inqas ċara mir-risposti għall-ewwel żewġ domandi, il-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità tas-sistema ta’ tassazzjoni Daniża fuq l-attivitajiet tal-organi pubbliċi tar-radju u tat-televiżjoni mad-Direttiva 2006/112 fil-fehma tiegħi tkun tirrigwarda biss il-VAT miġbura fuq il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir għall-partijiet allokati għall-finanzjament ta’ entitajiet oħra li ma humiex xandara tar-radju u tat-televiżjoni pubbliċi. Min-naħa l-oħra l-kumplament ta’ din is-sistema tibqa’ konformi mal-imsemmija direttiva, hekk kif jirriżulta mir-risposta li fil-fehma tiegħi għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domandi preliminari. Għalhekk ma hemm ebda diffikultà fil-kalkolu tal-proporzjon tal-VAT miġbura fuq il-liċenzja tal-mezzi tax-xandir li tikkonċerna l-parti tal-liċenzja allokata għall-finanzjament ta’ suġġetti oħra li ma humiex xandara tar-radju u tat-televiżjoni pubbliċi. Għaldaqstant ma nara ebda raġuni għalfejn il-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ din il-parti tal-VAT mad-Direttiva 2006/112 tista’ tagħti lok għan-nuqqas ta’ konformità tas-sistema kollha ma’ din id-direttiva. |
Konklużjoni
|
41. |
Fid-dawl tal-punti kollha msemmija iktar ’il fuq, nipproponi li jingħataw ir-risposti li ġejjin għat-tieni u għat-tielet domandi preliminari mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka):
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Pollakk.
( 2 ) Sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2023 (C‑249/22, iktar ’il quddiem is-sentenza GIS, EU:C:2023:813).
( 3 ) ĠU 2006, L 347, p. 1, u r-Rettifika fil-ĠU 2007 L 335, p. 60.
( 4 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2016 (C‑11/15, EU:C:2016:470).
( 5 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23.
( 6 ) Ara l-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 7 ) Sentenza GIS (punti 42 u 43).
( 8 ) Ara, bl-istess mod, is-sentenza GIS (punti 45 u 47).
( 9 ) Jew fid-Direttiva 77/388 li tippreċediha.
( 10 ) Ara, bl-istess mod, is-sentenza tat‑2 ta’ Mejju 2019, Grupa Lotos (C‑225/18, EU:C:2019:349, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata); kif ukoll is-sentenza GIS (punt 42).
( 11 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2016 (C‑11/15, EU:C:2016:470, punti 26 u 28).
( 12 ) Ara, b’mod analogu, is-sentenza GIS (punt 51).
( 13 ) Ara, b’mod analogu, is-sentenza GIS (punti 46 sa 49).
( 14 ) Ara, bl-istess mod, is-sentenza GIS (punt 47).
( 15 ) Ara s-sentenza tas‑16 ta’ Ottubru 2019, Winterhoff u Eisenbeis (C‑4/18 u C‑5/18, EU:C:2019:860, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). Huwa minnu li formulazzjoni letterali tal-Artikolu 132(1)(a) tad-Direttiva 2006/112 f’uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi (b’mod partikolari l-Ingliż jew il-Franċiż) tista’ tissuġġerixxi li din tirrigwarda servizzi postali u mhux fornituri ta’ servizzi. Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja ilha żmien li ċċarat (fuq il-bażi tad-dispożizzjoni korrispettiva tad-Direttiva 77/388) li din il-frażi għandha tinftiehem f’sens ta’ entità (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 1985, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, 107/84, EU:C:1985:332, punt 11). Madankollu verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-Artikolu 132(1)(a) tal-imsemmija direttiva, b’mod partikolari l-verżjoni Pollakka (“poczta państwowa”) jew Ġermaniża (“öffentliche Posteinrichtungen”) jindikaw kjarament in-natura ta’ dritt pubbliku tal-entità koperta mill-eżenzjoni – liema fatt ma pprekludiex lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tagħti interpretazzjoni iktar flessibbli. Huwa għalhekk li l-analoġija mal-punt 2 tal-Parti A tal-Anness X ta’ din id-direttiva hija fil-fehma tiegħi ġġustifikata.