This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CB0629
Case C-629/22, Migrationsverket: Order of the Court (Eighth Chamber) of 26 April 2023 (request for a preliminary ruling from the Förvaltningsrätten i Göteborg — Sweden) — A.L. v Migrationsverket (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court of Justice — Immigration policy — Directive 2008/115/EC — Common standards and procedures in Member States for returning illegally staying third-country nationals — Article 6(2) — Return decision accompanied by an entry ban of three years’ duration — Third-country national holding a valid residence permit issued by another Member State — Failure by the national police authority to permit that national to go to the territory of that other Member State before it adopts that return decision in respect of that national)
Kawża C-629/22, Migrationsverket: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Göteborg – l-Isvezja) – A.L. vs Migrationsverket (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika tal-immigrazzjoni – Direttiva 2008/115/KE – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Artikolu 6(2) – Deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul għal perijodu ta’ tliet snin – Ċittadin ta’ pajjiż terz detentur ta’ permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor – Nuqqas mill-awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali li jippermettu lil dan iċ-ċittadin jirritorna lejn it-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tiegħu”)
Kawża C-629/22, Migrationsverket: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Göteborg – l-Isvezja) – A.L. vs Migrationsverket (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika tal-immigrazzjoni – Direttiva 2008/115/KE – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Artikolu 6(2) – Deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul għal perijodu ta’ tliet snin – Ċittadin ta’ pajjiż terz detentur ta’ permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor – Nuqqas mill-awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali li jippermettu lil dan iċ-ċittadin jirritorna lejn it-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tiegħu”)
ĠU C 286, 14.8.2023, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Göteborg – l-Isvezja) – A.L. vs Migrationsverket
(Kawża C-629/22 (1), Migrationsverket)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 6(2) - Deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul għal perijodu ta’ tliet snin - Ċittadin ta’ pajjiż terz detentur ta’ permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor - Nuqqas mill-awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali li jippermettu lil dan iċ-ċittadin jirritorna lejn it-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tiegħu”)
(2023/C 286/16)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Förvaltningsrätten i Göteborg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A.L.
Konvenut: Migrationsverket
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li: l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru huma meħtieġa jippermettu lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li jkollu permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li tagħti dritt ta’ residenza maħruġa minn Stat Membru ieħor jirritorna lejn dan l-Istat Membru l-ieħor qabel ma jadottaw, jekk ikun il-każ, deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tiegħu, anki jekk dawn l-awtoritajiet ikunu jqisu li hemm probabbiltà li dan iċ-ċittadin ma jikkonformax ruħu ma’ talba sabiex jirritorna lejn dan l-Istat Membru l-ieħor. |
2) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115, għandu jiġi interpretat fis-sens li: sa fejn dan jeżiġi li l-Istati Membri jippermettu liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment fit-territorju tagħhom jirritornaw lejn l-Istat Membru li jkun ħarġilhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li tagħti dritt ta’ residenza qabel ma jadottaw, jekk ikun il-każ, deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tagħhom, dan għandu effett dirett u jista’ għalhekk jiġi invokat mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali. |
3) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115, għandu jiġi interpretat fis-sens li: meta, f’kontradizzjoni ma’ din id-dispożizzjoni, Stat Membru ma jippermettix lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment fit-territorju tiegħu jirritorna immedjatament lejn l-Istat Membru li jkun ħariġlu permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li tagħti dritt ta’ residenza qabel ma jadotta deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi l-qrati nazzjonali aditi b’rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ritorn u l-projbizzjoni ta’ dħul li takkumpanja tali deċiżjoni, huma meħtieġa jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ osservanza, minn awtorità nazzjonali, tal-obbligi li jirriżultaw mill-imsemmija dispożizzjoni. |