Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0265

    Kawża C-265/22, Banco Santander (Riferiment għal indiċi uffiċjali): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia n° 17 de Palma de Mallorca – Spanja) – ZR, PI vs Banco Santander, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratti ta’ self ipotekarju – Klawżola li tipprevedi rata ta’ interessi varjabbli – Indiċi ta’ referenza bbażat fuq ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) tas-self ipotekarju mogħti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu – Indiċi stabbilit permezz ta’ att regolatorju jew amministrattiv – Indikazzjonijiet li jinsabu fil-preambolu ta’ dan l-att – Kontroll relatat mar-rekwiżit ta’ trasparenza – Evalwazzjoni tan-natura inġusta)

    ĠU C 321, 11.9.2023, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 321/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca – Spanja) – ZR, PI vs Banco Santander, SA

    (Kawża C-265/22 (1), Banco Santander (Riferiment għal indiċi uffiċjali))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratti ta’ self ipotekarju - Klawżola li tipprevedi rata ta’ interessi varjabbli - Indiċi ta’ referenza bbażat fuq ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) tas-self ipotekarju mogħti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu - Indiċi stabbilit permezz ta’ att regolatorju jew amministrattiv - Indikazzjonijiet li jinsabu fil-preambolu ta’ dan l-att - Kontroll relatat mar-rekwiżit ta’ trasparenza - Evalwazzjoni tan-natura inġusta)

    (2023/C 321/16)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ZR, PI

    Konvenut: Banco Santander, SA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(1), kif ukoll l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    huwa rilevanti għall-evalwazzjoni tat-trasparenza u tan-natura possibbilment inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju b’rata varjabbli li tindika bħala indiċi ta’ referenza, għar-reviżjoni perjodika tar-rata ta’ interessi applikabbli għal dan is-self, indiċi stabbilit minn avviż li kien is-suġġett ta’ pubblikazzjoni uffiċjali, li fir-rigward tiegħu tiġi applikata żieda, il-kontenut tal-informazzjoni li tinsab f’avviż ieħor, li jindika n-neċessità li jiġi applikat għal dan l-indiċi, fid-dawl tal-metodu ta’ kalkolu tiegħu, differenzjali negattiv sabiex din ir-rata ta’ interessi tiġi allinjata mar-rata tas-suq. Hija wkoll rilevanti l-kwistjoni dwar jekk din l-informazzjoni hijiex suffiċjentement aċċessibbli għal konsumatur medju.


    (1)   ĠU C 326, 29.8.2022.


    Top