Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0132

    Kawża C-132/22, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (Klassifikar speċjali): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Artikolu 45 TFUE – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 3(1) – Ostakolu – Ugwaljanza fit-trattament – Proċedura ta’ klassifikazzjoni għall-għoti ta’ karigi f’ċerti stabbilimenti pubbliċi nazzjonali – Kundizzjoni għall-ammissjoni marbuta mal-esperjenza professjonali preċedenti miksuba fi ħdan dawn l-istabbilimenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra – Ġustifikazzjoni – Għan tal-ġlieda kontra l-prekarjetà)

    ĠU C 271, 31.7.2023, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – BM, NP vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

    (Kawża C-132/22 (1), Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (Klassifikar speċjali))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 3(1) - Ostakolu - Ugwaljanza fit-trattament - Proċedura ta’ klassifikazzjoni għall-għoti ta’ karigi f’ċerti stabbilimenti pubbliċi nazzjonali - Kundizzjoni għall-ammissjoni marbuta mal-esperjenza professjonali preċedenti miksuba fi ħdan dawn l-istabbilimenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra - Ġustifikazzjoni - Għan tal-ġlieda kontra l-prekarjetà)

    (2023/C 271/07)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BM, NP

    Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li huma biss il-kandidati li jkunu kisbu ċerta esperjenza professjonali fl-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali ta’ taħriġ superjuri artistiku, mużikali u koregrafiku li jistgħu jiġu ammessi għal proċedura ta’ inklużjoni fil-listi stabbiliti għar-reklutaġġ, permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat u għal żmien determinat, ta’ persunal f’dawn l-istabbilimenti u li b’hekk tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-ammissjoni għal din il-proċedura, tal-esperjenza professjonali miksuba fi Stati Membri oħra.


    (1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


    Top