EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0769

Kawża T-769/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 – Euranimi vs Il-Kummissjoni

ĠU C 51, 31.1.2022, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/39


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 – Euranimi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/21)

(2022/C 51/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, P. Gjørtler, V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti u tagħha stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 (1), ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (2) minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 fir-rigward tad-dannu u tal-evalwazzjoni tar-rabta kawżali kemm għall-prodotti miċ-Ċina u kemm għal dawk mit-Tajwan minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 fir-rigward tal-istatus legali tar-rapport li bih il-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ distorsjoni sinjifikattiva tas-suq f’pajjiż partikolari jew f’settur partikolari f’dan il-pajjiż u fir-rigward tal-użu ta’ tali rapporti għad-determinazzjoni tad-dumping.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2021, L 327, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21)


Top