Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0752

    Kawża T-752/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2021 – Associação do Socorro e Amparo vs EUIPO – De Bragança (quis ut Deus)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/53


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2021 – Associação do Socorro e Amparo vs EUIPO – De Bragança (quis ut Deus)

    (Kawża T-752/21)

    (2022/C 37/70)

    Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrent: Associação do Socorro e Amparo (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J. Motta Veiga, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Duarte Pio De Bragança (Sintra, il-Portugall)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva quis ut Deus –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 131 566

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 581/2021-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ dan ir-rikors, filwaqt li titlob is-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell bid-deċiżjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 131 566 għall-prodotti u servizzi kollha protetti mit-trade mark fuq il-bażi tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkwantu t-trade mark ma kienx suġġett għal użu ġenwin għal perijodu mhux interrott ta’ ħames snin;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-onorarji tal-avukati li l-ammont tagħhom għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top