Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0734

Kawża T-734/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – The Chord Company vs EUIPO – AVSL Group (CHORD)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – The Chord Company vs EUIPO – AVSL Group (CHORD)

(Kawża T-734/21)

(2022/C 37/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Chord Company Ltd (Wiltshire, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AVSL Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “CHORD” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 245 229

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1664/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrenti fil-Qorti Ġenerali, l-appell u l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top