This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0514
Case T-514/21: Action brought on 21 August 2021 — Associazione ‘Terra Mia Amici No Tap’ v EIB
Kawża T-514/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2021 – Associazione “Terra Mia Amici No Tap” vs BEI
Kawża T-514/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2021 – Associazione “Terra Mia Amici No Tap” vs BEI
ĠU C 431, 25.10.2021, pp. 43–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/43 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2021 – Associazione “Terra Mia Amici No Tap” vs BEI
(Kawża T-514/21)
(2021/C 431/52)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Associazione “Terra Mia Amici No Tap” (Melendugno, l-Italia) (rappreżentant: A. Calò, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata u tiddikjara li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) naqas bi ħtija milli jwieġeb għat-talba għal reviżjoni mressqa mill-assoċjazzjoni rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment joħroġ ordni ta’ rtirar tal-finanzjamenti mogħtija lil TAP AG; |
|
— |
bl-ispejjeż tal-kawża kontra l-konvenut. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (1) u tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tas-6 ta’ Settembru 2006 (2) (“Regolament Aarhus”).
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-punt 36 tal-EIB Statement of Environmental and Social Principles and Standards tal-2009.
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 347/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013.
|
(1) Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall- ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU 2006, L 164M, p. 17).
(2) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).
(3) Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU 2013, L 115, p. 39).
(4) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1).
(5) Direttiva 2009/147/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7).