Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0205

    Kawża T-205/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2021 – Kewazo vs EUIPO (Liftbot)

    ĠU C 217, 7.6.2021, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/65


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2021 – Kewazo vs EUIPO (Liftbot)

    (Kawża T-205/21)

    (2021/C 217/82)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Kewazo GmbH (Garching, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Liftbot” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 191 963

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1160/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2020;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top