This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0201
Case T-201/21: Action brought on 6 April 2021 — Covington & Burling and Van Vooren v Commission
Kawża T-201/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 – Covington & Burling and Van Vooren vs Il-Kummissjoni
Kawża T-201/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 – Covington & Burling and Van Vooren vs Il-Kummissjoni
ĠU C 217, 7.6.2021, p. 62–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/62 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 – Covington & Burling and Van Vooren vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-201/21)
(2021/C 217/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Covington & Burling (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) u Bart Van Vooren (Meise, il-Belġju) (rappreżentant: P. Diaz Gavier, lawyer)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2021 li tirrifjuta li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba (1) taħt ir-Regolament dwar it-Trasparenza; |
— |
tordna lill-Kummissjoni sabiex tagħti aċċess immedjat għad-dokumenti mitluba; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra sostnuti minn Covington f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-Trasparenza (2) sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, anki fil-każ li t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-Trasparenza, jew kwalunkwe motiv ieħor ta’ dan l-Artikolu 4 tiegħu, kien applikabbli, il-Kummissjoni naqset milli turi b’liema mod id-dokumenti mitluba kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq ir-Regolament dwar il-Komitoloġija (3) sabiex issostni r-rifjut tagħha li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq ir-Regoli Standard ta’ Proċedura għall-Kumitati sabiex issostni r-rifjut tagħha. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza u tippreġudika l-leġittimità demokratika tal-atti ta’ implimentazzjoni. |
(1) Nota editorjali: Id-dokumenti mitluba jikkonċernaw proċedura ta’ komitoloġija u, b’mod partikolari, dokumenti relatati mar-rekord tal-votazzjoni ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen.
(2) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(3) Regolament (EU) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU 2011, L 55, p. 13).