This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0197
Case T-197/21: Action brought on 12 April 2021 — Lea Nature Services v EUIPO — Debonair Trading Internacional (SO…?)
Kawża T-197/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)
Kawża T-197/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)
ĠU C 217, 7.6.2021, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/59 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)
(Kawża T-197/21)
(2021/C 217/74)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Lea Nature Services (Périgny, Franza) (rappreżentant: F. Drageon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SO…?” – Trade mark tal-Unjoni Nru 485 078
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1234/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, li huma ġarrbu fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |