Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0190

    Kawża T-190/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – RI et vs Il-Kunsill et

    ĠU C 217, 7.6.2021, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/55


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – RI et vs Il-Kunsill et

    (Kawża T-190/21)

    (2021/C 217/70)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: RI u 15 il-parti rikorrenti oħra (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u Eulex Kosovo

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    Prinċipalment:

    fir-rigward tar-relazzjoni ta’ impjieg:

    klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrenti f’kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat;

    tikkundanna lill-konvenuti jħallsu kumpens ta’ preavviż:

    lir-rikorrent RW: EUR 65 726,17.

    lir-rikorrent RZ: EUR 84 748,27.

    tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ affiljazzjoni ma skema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, kumpens li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli;

    tikkundannahom tħallashom l-interessi fuq dawn is-sommom;

    tistabbilixxi terminu sabiex il-partijiet jevalwaw l-imsemmi kumpens li għandu jiġi stabbilit;

    fir-rigward tad-drittijiet l-oħra:

    tikkonstata li r-rikorrenti kellhom jiġu rreklutati bħala membri tal-persunal temporanju ta’ wieħed mill-ewwel tliet konvenuti u tiddikjara li l-ewwel tliet konvenuti trattaw lir-rikorrenti b’mod illegali u diskriminatorju, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni tagħhom, id-drittijiet għall-pensjoni tagħhom u l-vantaġġi relatati, kif ukoll f’dak li jirrigwarda il-garanzija ta’ impjieg ulterjuri;

    tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti jikkumpensaw lil kull wieħed mir-rikorrenti għad-dannu sostnut minħabba l-assenza ta’ applikazzjoni tar-remunerazzjonijiet, tad-drittijiet għall-pensjoni, benefiċċji u vantaġġi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ikkawżat min nuqqas ta’ trattament ugwali illegali;

    tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-sommom;

    tistabbilixxi terminu sabiex il-partijiet jevalwaw l-imsemmi kumpens b’teħid inkunsiderazzjoni tal-grad u tal-iskala li fihom ir-rikorrenti kellhom jiġu impjegati, tal-iżvilupp medju tar-remunerazzjoni, tal-iżvilupp tal-karriera rispettiva tagħhom, tal-benefiċċji li huma kellhom jirċievu abbażi ta’ dawn il-kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju u tqabbel ir-riżultati miksuba mar-remunerazzjoni effettivament irċevuta mir-rikorrenti;

    Sussidjarjament:

    tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrenti għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom li tirriżulta mill-assenza tal-osservanza tad-drittijiet fundamentali tagħhom, kumpens evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000 għal kull sena ta’ anzjanità;

    tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-sommom;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-183/21, QP et vs Il-Kunsill et.


    Top