This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0188
Case T-188/21: Action brought on 9 April 2021 — Lück v EUIPO — R.H. Investment (MALLE)
Kawża T-188/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Lück vs EUIPO – R.H. Investment (MALLE)
Kawża T-188/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Lück vs EUIPO – R.H. Investment (MALLE)
ĠU C 217, 7.6.2021, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/54 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Lück vs EUIPO – R.H. Investment (MALLE)
(Kawża T-188/21)
(2021/C 217/69)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Jörg Lück (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: R.H. Investment UG (kumpannija b’responsabbiltà limitata) (Erlangen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MALLE – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 631 166
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 1393/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, flimkien mad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-18 ta’ Mejju 2020; |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż kollha. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |