Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0019

    Kawża T-19/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2021 – Amazon.com et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 72, 1.3.2021, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/34


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2021 – Amazon.com et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-19/21)

    (2021/C 72/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Amazon.com, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti), Amazon Services Europe Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Amazon EU Sàrl (il-Lussemburgu), Amazon Europe Core Sàrl (il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Komninos u G. Tantulli, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 7692 final tal-10 ta’ Novembru 2020 għal dik il-parti li teskludi lill-Italja mill-ambitu tal-investigazzjoni u mill-konsegwenzi legali tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament 1/2003;

    tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ dawn il-proċeduri.

    Motiv u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku li abbażi tiegħu d-deċiżjoni kkontestata neħħiet illegalment lill-Italja mill-ambitu tal-Każ AT.40703 u eskludiet lill-Italja mill-konsegwenzi legali tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament 1/2003. B’dan il-mod, id-deċiżjoni kkontestata kisret l-Artikolu 11(6) tar-Regolament 1/2003 u ppreġudikat l-effettività tiegħu u/jew injorat l-Artikolu 11(6) tar-Regolament 1/2003 u nnegat l-iskop tal-eżistenza tiegħu.


    Top