This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TB0297
Case T-297/21 R: Order of the President of the General Court of 25 October 2021 — Troy Chemical Company and Troy v Commission (Interim measures — Biocidal products — Implementing Regulation (EU) 2021/348 — Approval of carbendazim as an existing active substance for use in biocidal products of product-types 7 (film preservatives) and 10 (masonry preservatives) — Application for suspension of operation of a measure — No urgency)
Kawża T-297/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti bijoċidali – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 – Approvazzjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti intiża sabiex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 (preservattivi għall-pellikoli) u 10 (preservattivi tal-bini) – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 513, 20.12.2021, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 513/29 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti bijoċidali - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 - Approvazzjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti intiża sabiex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 (preservattivi għall-pellikoli) u 10 (preservattivi tal-bini) - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2021/C 513/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Troy Chemical Company BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi), Troy Corp. (Florham Park, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Abrahams, H. Widemann u L. Gorywoda, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u M. Farley, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/348 tal-25 ta’ Frar 2021 li japprova l-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 u 10 (ĠU 2021 L 68, p. 174), u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |