This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TB0096
Case T-96/21: Order of the General Court of 9 November 2021 — Amort and Others v Commission (Action for annulment — Medicinal products for human use — Conditional marketing authorisation for the medicinal product for human use ‘Comirnaty — COVID-19 mRNA (nucleoside-modified) vaccine’ — No legal interest in bringing proceedings — No direct concern — No individual concern — Non-regulatory act — Inadmissibility)
Kawża T-96/21: tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem ‘Comirnaty – Vaċċin mRNA (b’nukleosid immodifikat) kontra l-COVID-19’ – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”)
Kawża T-96/21: tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem ‘Comirnaty – Vaċċin mRNA (b’nukleosid immodifikat) kontra l-COVID-19’ – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”)
ĠU C 24, 17.1.2022, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/39 |
tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-96/21) (1)
(“Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem ‘Comirnaty – Vaċċin mRNA (b’nukleosid immodifikat) kontra l-COVID-19’ - Assenza ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)
(2022/C 24/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heidi Amort (Jenesien, l-Italja) u l-35 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: R. Holzeisen, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 9598 (final) tal-21 ta’ Diċembru 2020 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Comirnaty – Tilqima tal-mRNA tal-COVID-19 (b’nucleoside modifikat)”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata u kkompletata.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn Roberta Riccio u Alessandra Rizzotto, minn Gheorghe Piperea, minn TN, minn TF, TG, TH u TI, minn Jean Gouezo u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, minn VV, minn Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, minn TO, TP u TQ, minn TR u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, minn VH u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u minn Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u minn VW kif ukoll minn BioNTech Manufacturing GmbH u Pfizer Inc. |
3) |
Heidi Amort u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I huma kkundannati għall-ispejjeż. |
4) |
Roberta Riccio u Alessandra Rizzotto, Gheorghe Piperea, TN, TF, TG, TH u TI, Jean Gouezo u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, VV, Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, TO, TP u TQ, TR u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, VH u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u VW kif ukoll BioNTech Manufacturing GmbH u Pfizer Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |