EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0748

Kawża T-748/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju mibgħuta mit-Tajlandja – Investigazzjoni kontra l-evażjoni – Evażjoni – Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Provi suffiċjenti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 271, 31.7.2023, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2023 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-748/21) (1)

(“Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fuljetti tal-aluminju mibgħuta mit-Tajlandja - Investigazzjoni kontra l-evażjoni - Evażjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Provi suffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 271/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina), Dingheng New Materials Co., Ltd (Rayong, it-Tajlandja), Thai Ding Li New Materials Co., Ltd (Rayong) (rappreżentanti: G. Coppo u G. Pregno, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1474 tal-14 ta’ Settembru 2021 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti foils tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti foils tal-aluminju kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (JO 2021, L 325, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd, Dingheng New Materials Co., Ltd u Thai Ding Li New Materials Co., Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


Top