This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0703
Case T-703/21: Judgment of the General Court of 25 January 2023 — Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa v EUIPO — Falubaz Polska (FALUBAZ) (EU trade mark — Invalidity proceedings — EU word mark FALUBAZ — Absolute ground for invalidity — Bad faith — Article 52(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009 (now Article 59(1)(b) of Regulation (EU) 2017/1001))
Kawża T-703/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FALUBAZ – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sr l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 94, 13.3.2023, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)
(Kawża T-703/21) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FALUBAZ - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sr l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2023/C 94/38)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa S.A. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Falubaz Polska S.A. spółka komandytowo-akcyjna (Zielona Góra) (rappreżentant: J. Kurzawski, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 1681/2020-1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż. |