This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0536
Case T-536/21: Judgment of the General Court of 15 February 2023 — Belaeronavigatsia v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in Belarus — Lists of persons, entities and bodies subject to the freezing of funds and economic resources — Inclusion and maintenance of the applicant’s name on the lists — Concept of ‘person responsible for repression’ — Error of assessment — Proportionality)
Kawża T-536/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – Belaeronavigatsia vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Listi tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fil-listi – Kunċett ta’ ‘persuna responsabbli għar-repressjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)
Kawża T-536/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – Belaeronavigatsia vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Listi tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fil-listi – Kunċett ta’ ‘persuna responsabbli għar-repressjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)
ĠU C 127, 11.4.2023, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 127/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2023 – Belaeronavigatsia vs Il-Kunsill
(Kawża T-536/21) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Listi tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fil-listi - Kunċett ta’ ‘persuna responsabbli għar-repressjoni’ - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)
(2023/C 127/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Belaeronavigatsia (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Meyer u S. Van Overmeire, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u M. Carpus Carcea, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 67), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/999 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 55), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/307 tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 46, p. 97), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/300 tal-24 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 46, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawha.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Belaeronavigatsia hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |