Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0528

    Kawża T-528/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Neratax vs EUIPO – Intrum Hellas et (ELLO ERMOL, Ello creamy, ELLO, MORFAT Creamy u MORFAT) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea ELLO u MORFAT u figurattivi ELLO ERMOL, Ello creamy u MORFAT Creamy – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 94, 13.3.2023, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Neratax vs EUIPO – Intrum Hellas et (ELLO ERMOL, Ello creamy, ELLO, MORFAT Creamy u MORFAT)

    (Kawża T-528/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea ELLO u MORFAT u figurattivi ELLO ERMOL, Ello creamy u MORFAT Creamy - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2023/C 94/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Neratax LTD (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: V. Katsavos, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intrum Hellas AE Daicheirisis Apaitiseon Apo Daneia kai Pistoseis, li kienet Piraeus Bank SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P.-A. Koriatopoulou, avukata)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Eurobank Ergasias SA (Ateni), National Bank of Greece SA (Ateni)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Ġunju 2021 (Każijiet R 1295/2020-4, R 1296/2020-4, R 1298/2020-4, R 1299/2020-4 u R 1302/2020-4).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Neratax LTD hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Intrum Hellas AE Daicheirisis Apaitiseon Apo Daneia kai Pistoseis.


    (1)  ĠU C 462, 15.11.2021.


    Top