Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0104

    Kawża T-104/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

    ĠU C 244, 27.6.2022, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 244, 27.6.2022, p. 28–28 (GA)

    27.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 244/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2022 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

    (Kawża T-104/21) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

    (2022/C 244/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alex Kande Mupompa (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Lejeune, aġent)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2020, L 419, p. 30), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2020, L 419, p. 5), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Alex Kande Mupompa huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


    Top