EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0808

Kawża C-808/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

ĠU C 109, 7.3.2022, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 109, 7.3.2022, p. 7–7 (GA)

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/18


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-808/21)

(2022/C 109/25)

Lingwa tal-kawża: ic-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u J. Tomkin, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi ċaħdet liċ-ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ċittadini tar-Repubblika Ċeka iżda li huma residenti fir-Repubblika Ċeka d-dritt li jsiru membri ta’ partit politiku jew moviment politiku, ir-Repubblika Ċeka naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali u għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat.

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ċittadini tar-Repubblika Ċeka iżda li huma residenti fir-Repubblika Ċeka ma għandhomx id-dritt li jsiru membri ta’ partiti politiċi jew ta’ movimenti politiċi, dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet politiċi mogħtija lilhom taħt l-Artikolu 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka.


Top