EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0788

Kawża C-788/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Esbjerg (id-Danimarka) fis-17 ta’ Diċembru 2021 – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS

ĠU C 109, 7.3.2022, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 109, 7.3.2022, p. 6–6 (GA)

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Retten i Esbjerg (id-Danimarka) fis-17 ta’ Diċembru 2021 – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS

(Kawża C-788/21)

(2022/C 109/24)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Esbjerg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet Departementet

Konvenut: Global Gravity ApS

Domandi preliminari

1)

Liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk prodott jikkostitwixxix kontejner ta’ merkanzija li jaqa’ taħt is-subintestatura 8609 00 90 00 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni, hekk kif stabbilita permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2)? B’mod partikolari:

a)

kull wieħed minn dawn il-kriterji jippermetti waħdu li prodott jiġi kklassifikat bħala kontejner ta’ merkanzija,

b)

sabiex jiġi ddeterminat jekk prodott għandux jiġi kklassifikat bħala kontejner ta’ merkanzija, għandha ssir evalwazzjoni mill-angolu ta’ diversi kriterji meqjusa flimkien, b’mod li l-prodott jista’ jiġi kklassifikat bħala tali jekk diversi kriterji, iżda mhux kollha, ikunu ssodisfatti,

jew

c)

il-kriterji kollha għandhom jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv sabiex prodott ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala kontejner ta’ merkanzija?

2)

Il-kunċett ta’ “kontejners” użat fis-subintestatura 8609 00 90 00 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni, hekk kif stabbilita permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi prodott li jikkonsisti f’sistema ta’ trasport ta’ pajpijiet ikkostitwita minn ċertu numru ta’ profili ta’ rfigħ magħmula mill-aluminju, minn żewġ arbli tal-irfigħ magħmula mill-azzar għal kull profil ta’ rfigħ u minn żewġ boltijiet M20 għal kull profil ta’ rfigħ li jippermettu li dawn jitwaħħlu flimkien[, fejn is-sistema tintuża bil-mod sussegwenti: p]ajpijiet jitqiegħdu fuq profili ta’ rfigħ[, p]rofili ta’ rfigħ oħra jitqiegħdu fuq dawn il-pajpijiet, li fuqhom jitqiegħdu pajpijiet mill-ġdid, u eċċ sakemm jitgħabba n-numru mixtieq ta’ pajpijiet[; l-]operazzjoni tintemm dejjem billi jitqiegħed fuq kollox ċertu numru ta’ profili ta’ rfigħ[; m]eta l-pajpijiet jintrabtu flimkien permezz tal-profili ta’ rfigħ u meta l-preparazzjoni tat-tagħbija tkun intemmet, ktajjen tal-azzar jitqabbdu mal-arbli tal-irfigħ li jkunu jinsabu fl-erba’ rkejjen tat-tagħbija (billi jiġu mgħoddija fil-ħoloq tal-arbli tal-irfigħ) u l-merkanzija tkun lesta sabiex titgħabba permezz ta’ krejn jew ta’ forklifter fil-każ ta’ trasport bl-art?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2013, L 290, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 100, p. 13.


Top