Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0758

Kawża C-758/21 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd, FR Financing (Malta) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021, fil-Kawża T-448/18, Ryanair et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 51, 31.1.2022, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/23


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd, FR Financing (Malta) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021, fil-Kawża T-448/18, Ryanair et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-758/21 P)

(2022/C 51/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd, FR Financing (Malta) (rappreżentanti: E. Vahida, avocat, B. Byrne, advocaat, u S. Rating, abogado)

Part oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla l-Artikoli 5 u 6 u l-Artikoli 9, 10 u 11, sa fejn jikkonċernaw l-appellanti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 (id-deċiżjoni kkontestata) (1), jew sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid; u fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura fil-Kawża T-448/18 quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jressqu erba’ aggravji.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet bħala inammissibbli, u għalhekk irrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni għall-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, provi ewlenin li ġew ippreżentati mill-appellanti qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat meta injorat, jew naqset milli tikkunsidra debitament, il-prinċipji legali li jsostnu r-regoli fl-Artikoli 85, (1) sa (3), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; u żbaljat meta injorat il-ġurisprudenza li tapplika dawk id-dispożizzjonijiet.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) u applikat ħażin l-Artikolu 296 TFUE billi kkonstatat rispettivament li: (i) il-Kummissjoni ma kinitx kisret it-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna; u (ii) id-deċiżjoni kkontestata kien fiha raġunament suffiċjenti f'dak ir-rigward.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens ċar tal-provi prodotti quddiemha meta evalwat jekk il-Kummissjoni applikatx legalment l-hekk imsejjaħ “operatur f’ekonomija tas-suq” meta ddeterminat jekk l-appellanti rċevewx vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali żnaturat evidenza relatata ma’: (i) tariffa ta’ sigurtà stipulata fi ftehim ta' servizzi ta' ajruport bejn l-ajruport u Ryanair; (ii) l-istima tal-ispejjeż operattivi inkrementali li l-ajruport seta' jistenna; u (iii) il-fattur tat-tagħbija bbażat fuqu mill-Kummissjoni meta twettaq il-valutazzjoni tal-profitabbiltà ex ante tagħha.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li żbalji li jikkonċernaw l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata kkalkulat abbażi ta’ data ex ante ma għandhomx jiġu kkoreġuti abbażi ta’ data ex post fil-fajl meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221(2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta' Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (notifikata bid-dokument C(2016) 7131) (ĠU 2018, L 107, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


Top