Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0701

    Kawża C-701/21 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-352/15 u T-740/17, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/21


    Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-352/15 u T-740/17, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon

    (Kawża C-701/21 P)

    (2022/C 37/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon (rappreżentanti: Vassilios-Spyridon Christianos u Georgios Karydis, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-325/15 u T-740/17;

    jekk ikun hemm bżonn, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni;

    tikkundanna lil DEI AE għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-għan tas-sentenza appellata kien li jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni kienx imissha kellha, fis-sens tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament 2015/1589 (1), dubji jew diffikultajiet serji fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna t-tariffa għall-provvista ta’ enerġija elettrika applikata minn DEI AE fir-rigward tal-appellanti wara deċiżjoni ta’ arbitraġġ, dubji jew diffikultajiet serji li kellhom iwasslu lill-Kummissjoni tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    L-appellanti tinvoka tliet aggravji u ssostni li fis-sentenza appellata:

    Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina l-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ “nemo auditur […]” u ta’ “venire contra factum proprium” fir-rigward tal-interess leġittimu ta’ DEI AE li tippreżenta rikors għal annullament.

    Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, minn naħa, fir-rigward tal-kriterju ta’ operatur privat previst fl-Artikolu 107(1) TFUE u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kwalità tat-tribunal ta’ arbitraġġ bħala korp tal-Istat.

    Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2015/1589, minn naħa, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ dubji jew ta’ diffikultajiet serji dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-fażi tal-eżami preliminari tal-ilmenti u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-inverżjoni tal-oneru tal-prova.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


    Top