Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0485

    Kawża C-485/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Awwissu 2021 – “S. V.” OOD vs E. Ts. D.

    ĠU C 412, 11.10.2021, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 412/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Awwissu 2021 – “S. V.” OOD vs E. Ts. D.

    (Kawża C-485/21)

    (2021/C 412/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad – Nesebar

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“S. V.” OOD

    Konvenut: E. Ts. D.

    Domandi preliminari

    1)

    Persuni fiżiċi li jkunu l-proprjetarji ta’ proprjetà individwali f’binja rregolata minn kondominju għandhom il-kwalità ta’ “konsumatur” (fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)) fir-rigward tar-relazzjonijiet legali li jidħlu fihom u li jikkonċernaw l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ din il-binja?

    2)

    It-tnissil tal-kwalità ta’ “konsumatur” ta’ persuni fiżiċi li jkunu l-proprjetarji ta’ proprjetà individwali f’binja rregolata minn kondominju jiddependi min-natura tar-relazzjonijiet legali li jidħlu fihom (kuntratt individwali dwar l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal-partijiet komuni, kuntratt konkluż taħt l-Artikolu 2 taż-Zakon za upravlenie na etazhnata sobstvenost (il-Liġi dwar il-Kondominju) f’laqgħa ġenerali tal-kondominju)?

    3)

    Hija konformi mad-Direttiva 2011/83 leġiżlazzjoni li tipprevedi trattament differenti (fir-rigward tal-kwalità ta’ “konsumatur”) għall-istess proprjetarji ta’ proprjetà individwali f’binja rregolata minn kondominju, skont jekk ikunux ikkonkludew kuntratt individwali dwar l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal-partijiet komuni f’din il-binja jew le (f’liema każ il-laqgħa ġenerali tal-kondominju titqies li hija l-korp rappreżentattiv tagħhom)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

    (2)  ĠU 2011, L 304, p. 64.


    Top