Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0328

Kawża C-328/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribuanle di Trieste (l-Italja) fis-26 ta’ Mejju 2021 – GE vs Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità Dublino

ĠU C 297, 26.7.2021, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribuanle di Trieste (l-Italja) fis-26 ta’ Mejju 2021 – GE vs Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità Dublino

(Kawża C-328/21)

(2021/C 297/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribuanle di Trieste

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GE

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità Dublino

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 (1) għandu jiġi interpretat:

fis-sens li n-nuqqas ta’ provvista tal-fuljett informattiv previst mill-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 lil persuna li tinsab fil-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, minnu nnifsu jiddetermina n-nullità assoluta tad-deċiżjoni ta’ trasferiment (u eventwalment anki l-kompetenza tal-Istat Membru li quddiemu l-persuna tkun ressqet it-talba għal protezzjoni internazzjonali l-ġdida)?

jew fis-sens li r-rikorrent għandu l-oneru li jipprova quddiem qorti li, kieku l-fuljett ġie pprovdut lilu, il-proċedura kien ikollha eżitu differenti?

2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat:

fis-sens li n-nuqqas ta’ provvista tal-fuljett informattiv previst mill-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 lil persuna li tinsab fil-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, minnu nnifsu jiddetermina n-nullità assoluta tad-deċiżjoni ta’ trasferiment (u eventwalment anki l-offerta neċessarja konsegwenti tal-possibbiltà li tiġi ppreżentata talba għal protezzjoni internazzjonali ġdida)?

jew fis-sens li r-rikorrent għandu l-oneru li jipprova quddiem qorti li, kieku l-fuljett ġie pprovdut lilu, il-proċedura kien ikollha eżitu differenti?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (GU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU L 49, 25.2.2017, p. 50).


Top