This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0319
Case C-319/21: Request for a preliminary ruling from the Corte d’appello di Venezia (Italy) lodged on 21 May 2021 — Agecontrol SpA v ZR, Lidl Italia Srl
Kawża C-319/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Venezia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Agecontrol SpA vs ZR, Lidl Italia Srl
Kawża C-319/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Venezia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Agecontrol SpA vs ZR, Lidl Italia Srl
ĠU C 310, 2.8.2021, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Venezia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Agecontrol SpA vs ZR, Lidl Italia Srl
(Kawża C-319/21)
(2021/C 310/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Venezia (l-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Agecontrol SpA
Konvenuti: ZR, Lidl Italia Srl
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 tal-istess regolament u mal-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi l-formulazzjoni ta’ dokument ta’ akkompanjament li jindika l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti friski tas-settur tal-frott u tal-ħaxix, mibgħuta ppakkjati minn qabel jew fl-imballaġġ oriġinali ppreparat mill-produttur, waqt it-trasport tagħhom minn pjattaforma ta’ distribuzzjoni ta’ kumpannija ta’ kummerċjalizzazzjoni lejn punt ta’ bejgħ tal-istess kumpannija, indipendentement mill-fatt li d-dettalji tat-tagħrif esterni previsti fil-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 543/2001 (fosthom dawk dwar l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti) ikunu indikati b’mod viżibbli u indelibbli fuq naħa waħda tal-imballaġġ, jew billi jkunu stampati direttament fuq il-pakkett, jew fuq tikketta li tkun parti integrali minnu jew li tkun imwaħħla miegħu u li dawn id-dettalji tat-tagħrif ikunu jinsabu wkoll fuq il-fatturi maħruġa mill-fornitur li mingħandu l-kumpannija li tikkummerċjalizza l-prodott tkun akkwistatu u miżmuma fl-uffiċċju tal-kontabbiltà ta’ din tal-aħħar kif ukoll fuq nota mqiegħda f’pożizzjoni viżibbli ġewwa l-mezz ta’ trasport li bih il-prodott ikun ġie ttrasportat?
(2) ĠU 2007, L 299, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2013, L 97, p. 4.