Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0103

    Kawża C-103/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – SG vs Autonome Provinz Bozen

    ĠU C 217, 7.6.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – SG vs Autonome Provinz Bozen

    (Kawża C-103/21)

    (2021/C 217/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SG.

    Konvenut: Autonome Provinz Bozen

    Domandi preliminari

    1)

    L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32113 (2010/N) tal-25 ta’ Lulju 2012 għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2016?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

    2.1)

    Għandu għalhekk jiġi eżaminat ukoll jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) għandux jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri?

    2.2)

    Għandu jiġi eżaminat jekk l-imsemmija għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat FUE sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew jekk tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?


    (1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


    Top