EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CB0659

Kawża C-659/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-30 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Lisboa – il-Portugall) – Orbest, SA vs CS, QN, OP, et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Artikolu 5(3) – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” – Ħsara teknika tal-ajruplan, ikkawżata mill-kolliżjoni ta’ vettura tal-catering li tappartjeni lil terz ma’ dan l-ajruplan li huwa f’pożizzjoni fir-rampa tal-ajruport)

ĠU C 198, 16.5.2022, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 198, 16.5.2022, p. 13–13 (GA)

16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-30 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Lisboa – il-Portugall) – Orbest, SA vs CS, QN, OP, et

(Kawża C-659/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 5(3) - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Ħsara teknika tal-ajruplan, ikkawżata mill-kolliżjoni ta’ vettura tal-catering li tappartjeni lil terz ma’ dan l-ajruplan li huwa f’pożizzjoni fir-rampa tal-ajruport)

(2022/C 198/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Orbest, SA

Konvenuti: CS, QN, OP, et

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħsara teknika ta’ ajruplan, ikkawżata mill-kolliżjoni ta’ vettura tal-catering li tappartjeni lil terz ma’ dan l-ajruplan li huwa f’pożizzjoni fir-rampa tal-ajruport, tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  Data tal-preżentata: 2.11.2021.


Top