EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0788

Kawża C-788/21, Global Gravity: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Retten i Esbjerg – id-Danimarka) – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Nomenklatura Magħquda – Subintestaturi 7616 99 90 u 8609 00 90 – Tubular Transport Running-system (TubeLock) – Kunċett ta’ “kontejner”)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Retten i Esbjerg – id-Danimarka) – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS

(Kawża C-788/21 (1), Global Gravity)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 7616 99 90 u 8609 00 90 - Tubular Transport Running-system (TubeLock) - Kunċett ta’ “kontejner”)

(2023/C 112/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Retten i Esbjerg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet Departementet

Konvenuta: Global Gravity ApS

Dispożittiv

Is-subintestatura 8609 00 2013 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jirriżultax minn din tal-aħħar mekkaniżmu ta’ trasport ta’ pajpijiet li huwa kkostitwit minn ċertu numru ta’ pari ta’ profili tal-irfigħ tal-aluminju, li bejniethom jinsabu b’mod perpendikulari l-pajpijiet li huma intiżi li jiġu ttrasportati, peress li dawn il-pari ta’ profili tal-irfigħ huma konnessi bejniethom permezz ta’ żewġ arbli tal-irfigħ tal-azzar, mgħammra b’ħoloq, u li fuqhom jistgħu jitqiegħdu l-pajpijiet l-oħra, bl-istess mod sakemm it-tagħbija tkun b’hekk laħqet in-numru ta’ pajpijiet li għandhom jiġu ttrasportati, it-tagħbija titlesta mbagħad billi jintrabtu l-faxxi tal-azzar mal-arbli tal-irfigħ li jinsabu fl-erba’ kantunieri tat-tagħbija (billi jgħaddu minn dawn il-ħoloq), sabiex jiffaċilita l-immaniġġjar tat-tagħbija, li hi kwistjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 109, 07.03.2022


Top