Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0684

    Kawża C-684/21, Papierfabriek Doetinchem: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberlandesgericht Düssel- il-Ġermanja) – Papierfabriek Doetinchem B.V. vs Sprick GmbH Bielefelder Papier- und Wellpappenwerk & Co. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Disinni Komunitarji – Regolament (KE) Nru 6/2002 – Artikolu 8(1) – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eżistenza ta’ disinni alternattivi – Proprjetarju li għandu wkoll diversi disinni alternattivi protetti – Polikromija ta’ prodott li ma hijiex riflessa fir-reġistrazzjoni tad-disinn ikkonċernat)

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberlandesgericht Düssel- il-Ġermanja) – Papierfabriek Doetinchem B.V. vs Sprick GmbH Bielefelder Papier- und Wellpappenwerk & Co.

    (Kawża C-684/21, Papierfabriek Doetinchem) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 8(1) - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Eżistenza ta’ disinni alternattivi - Proprjetarju li għandu wkoll diversi disinni alternattivi protetti - Polikromija ta’ prodott li ma hijiex riflessa fir-reġistrazzjoni tad-disinn ikkonċernat)

    (2023/C 155/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Papierfabriek Doetinchem B.V.

    Konvenut: Sprick GmbH Bielefelder Papier- und Wellpappenwerk & Co.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    l-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott humiex esklużivament iddettati mill-funzjoni teknika tiegħu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha ssir fid-dawl taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni, b’mod partikolari ta’ dawk li jidderiġu l-għażla ta’ dawn il-karatteristiċi, tal-eżistenza ta’ disinni alternattivi li jippermettu li titwettaq din il-funzjoni teknika u minħabba l-fatt li l-proprjetarju tad-disinn ikkonċernat huwa wkoll il-proprjetarju ta’ reġistrazzjonijiet għal numru kbir ta’ disinni alternattivi, dan tal-aħħar ma jkunx, madankollu, determinanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

    2)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002

    għandu jiġi interpretat fis-sens li,

    fil-kuntest tal-eżami tal-kwistjoni dwar jekk id-dehra ta’ prodott hijiex esklużivament imposta mill-funzjoni teknika tiegħu, il-fatt li d-disinn ta’ dan il-prodott jippermetti polikromija ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni meta din tal-aħħar ma tirriżultax mir-reġistrazzjoni tad-disinn ikkonċernat.


    (1)  ĠU C 84, 21.02.2022.


    Top